Paulo Freire (1921 – 1997) kien wieħed mill-ewwel ħassieba ta’ statura internazzjonali fil-qasam edukattiv li fehem u kiteb dwar ir-relazzjoni bejn l-edukazzjoni, il-politika, il-kolonjaliżmu u l-liberazzjoni. Freire jistqarr li l-edukazzjoni hija munita b’żewġ uċuħ: daqskemm teħles tista’ tjassar., daqskemm tiftaħ imħuħ tista’ ċċekken il-fruntieri tal-ħsieb, u daqskemm tgħin fl-iżvilupp tista’ tħalli poplu jgħum fl-injoranza. Għall-ħassieb, edukatur u attivist Brażiljan, l-edukazzjoni hijs s-salmura tal-emanċipazzjoni daqskemm hija l-ħmira tad-dittatorjat, qiegħa fertili għad-demokrazija daqskemm hi saqwi għall-eġemonija tal-ftit. Feire kien konvint li l-edukazzjoni hija politka daqskemm Alla li emmen fih mhuwiex newtrali.
Hekk kif aktar nies prekarji u fqar neżlin taħt l-imwejjed biex jiġbru frak is-sinjur, it-tleħħin ta’ Freire favur proċess edukattiv kritiku u possibilitarju sar aktar urġenti. Kemm fil-kitbiet bikrin kif ukoll f’dawk imwaħħra, Freire jħeġġiġna biex nidħlu f’relazzjoni pedagoġika ma’ xulxin bit-tama li nibdew proċess li jgħinna nimmaġinaw dinja differenti milli hi. Għal Freire, li nirkupraw l-utopija huwa att etiku fundamentali. Mingħajr tħallim, il-bżonn ontoloġiku tat-tama jinbidel f’disprament u fataliżmu paralizzanti, fejn dawk li huma l-aktar vulnerabbli jaċċettaw bħala fenomenu naturali li x-xemx ma titlax għal kulħadd.
Minn: Carmel Borg
Pagni: 416
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?