L-Aqwa Fl-Ewropa
L-2016 kienet is-sena li fiha nkixef skandlu li bidel il-mod kif ħafna Maltin iħarsu lejn il-politika; l-iskandlu tal-Panama Papers. Instab li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, u l-Ministru Konrad Mizzi fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama u trusts fi New Zealand. F’dan il-ktieb, Dr Mark A. Sammut ifisser il-fatti tal-każ kif ukoll jagħti sfond dwar x’inhuma l-kumpaniji sigrieti u t-trusts. Fuq kollox, jgħarbel xi jfisser li kemm Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi baqgħu jokkupaw il-pożizzjonijiet tagħhom.
Il-ktieb fih ukoll analiżi tal-politika Neoliberali tal-Gvern ta’ Joseph Muscat u l-impatt tagħha fuq il-klassi tan-nofs u fuq il-klassi tal-ħaddiema.
Minn: Mark A Sammut
Format: paperback
Paġni: 234
Pubblikat: 2016
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?