Kimika
F’din il-ġabra ta’ novelli tiegħu l-awtur joffri ħarsa personali ħafna lejn soċjetà maqbuda f’kurrenti qawwija mmexxija mill-politika, mill-mezzi tal-media u miż-żmien innifsu. ’Kimika’ huwa ktieb li jagħti ħarsa mill-qrib ħafna, forsi mill-qrib tant li jista’ jdarras. L-identikit li joħroġ huwa l-kronaka ta’ nies li ma jafux x’se jagħmlu b’ħajjithom u ta’ oħrajn li l-ħajja ma tafx x’se tagħmel bihom.
MInn: Immanuel Mifsud
Format: paperback
Pagni: 127
Pubblikat: 2005
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?