Description
Kaxxa Tad – Daqq
Għal Adalina kollox inbidel minn dakinhar.
Dakinhar li xtratha. Kaxxa tad-daqq. Kienet sabitha f’ħanut tal-antikitajiet, moħbija ġo senduq, flimkien ma’ libsa tat-tieġ. Tieġ li qatt ma kellu jseħħ. Il-melodija tagħha saħħritha.
Ritratt mal-art. L-isptar.
Bidel ħajjet Giuseppe. X’konnessjoni kien hemm bejn Giuseppe u l-kaxxa tad-daqq? Kienet saret tħobbu. Imma l-imħabba tagħhom bdiet tittappan b’sigrieti mistura tal-passat.
Ilħna moħbija wara l-ħitan antiki tal-villa.
Għalfejn Adalina ħassitha tgħix ħajjet persuna li hi lanqas biss kienet taf? U għalfejn kien hemm parti mill-villa ssiġillata fejn ħadd ma seta’ jidħol?
Il-kaxxa tad-daqq huwa thriller romantiku b’element drammatiku u kemxejn sopranaturali li jkaxkrek f’dinja ta’ intriċċi li jaqtgħulek nifsek sal-aħħar paġni.
Il-kaxxa tad-daqq… tibqa’ ddoqq sa tmiem ir-rakkont. Sa xħin tintefa. Tintefa għalkollox. Imbagħad jibda s-silenzju…
Minn: Sharon Calleja
Format: paperback
Pagni: 381
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?