Description
Karattri U Rakkonti: Mir-Raħal U Mis-Safar
Dan il-ktieb fih ftit u ħafna minn kollox. Naqra nostalġija. Niskata tifkiriet. Tikka riċerka. Loqma kurżità. Kurdun karattri. Ruxxmata rakkonti. Ħafna u ftit fuq ir-raħal. Ftit u ħafna fuq tant bliet fl-Ewropa u l-Afrika. Dan huwa ktieb mhux tas-soltu. Insiru nafu l-għala Mario weħel mill-eżami tad-duttrina, inkella kif nanntu kienet issajjarlu froġa b’demm it-tiġieġa. Ilaqqagħna mas-sagristan li kien għoddu spiċċa l Vjetnam, mal-arċipriet li jibża’ mill-katavri, inkella mal-kunjata li qattgħet għomorha tindokra l-kappella taċ-ċimiterju. Ma’ Mario nivvjaġġaw lejn diversi bliet fl-Ewropa, fosthom Noto, Cortona, Madrid, Ruma, Istanbul, Londra u Kildare. Miegħu ninżlu lejn it-Tanżanija u Swaziland fejn spiċċa bi prostituta tibki ma’ djulu u bi ġlekk li kellu jirregalah lill-messaġġier għax kien se jgħammed id-disa’ wild. Hawn wisq x’jingħad fuq dan il-ktieb. La tiftħu u tqallbu għandek issib is-senduq ta’ Pandora!
Minn: Mario Thomas Vassalli
Format: hardback
Paġni: 288
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?