Joseph – (L-Aqwa Żmien Ta’ Pajjiżna Għadu Ġej)
Il-moviment tal-bidla għal Malta li tkun l-għira tal-Ewropa huwa llum magħqud aktar milli qatt kien qabel. Huwa moviment lest għal suċċessi akbar milli kellu mill-2013 ‘l hawn għax huwa mmexxi minn Prim Ministru li hu bieżel, li hu bil-għaqal u li jaf x’inhu jagħmel.
Dan hu l-moviment li għadu kbir għax jibqa’ jilqa’ fi ħdanu b’dirgħajh miftuħa lil kull min irid jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna mingħajr ma jħares lura, bla ma jibża’ mill-isfidi u mingħajr ma jqis kuluri. Huwa għalhekk li dan il-moviment rebbieħ qed iħares ‘il quddiem bl-akbar fiduċja, kuraġġ u determinazzjoni għal suċċess akbar milli diġà kellu.
Il-ktieb li għandek f’idejk hu xhieda ta’ dan. Fih, il-Prim Ministru Joseph Muscat jaqsam ħsibijietu u l-esperjenzi tiegħu miegħek u mal-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif ukoll jgħidilna x’inhuma xi wħud mill-pjanijiet tiegħu għas-snin li ġejjin.
Fil-ktieb issib ukoll bijografija qasira tal-Prim Ministru, għażla ta’ diskorsi li hu għamel bħala l-mexxej tal-pajjiż, ħafna ritratti li qed jidhru għall-ewwel darba, kif ukoll lista ta’ kisbiet ewlenin li għamel il-moviment rebbieħ mill-2013 ‘l hawn.
Ara u ifhem għala dan il-moviment kbir jaf li l-aqwa żmien ta’ pajjiżna għadu ġej.
Minn: Aleander Balzan
Format: hardback
Paġni: 348
Pubblikat: 2017
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?