Imhabba Ta’ Swann
“ Kien qed joħdilha inċiżjoni li kienet tixtieq tara. Kienet xi ftit indisposta; laqgħetu liebsa ġigaga vjola tal-kripp taċ-Ċina, hi u tiġbed lura fuq sidirha, bħal mantell, xoqqa rrakkmata b’mod rikk. Bilwieqfa maġenbu hi u tħalli jġelben tul ħaddejha xagħarha li kienet ħallet, waqt li lwiet riġel b’attitudni kemxejn żeffiena biex tkun tista’ tmil lilha nfisha mingħajr ma tegħja lejn l-inċiżjoni li kienet qed tħares lejha, hi u tinklina rasha, b’għajnejha kbar, tant għajjenin u mnaffrin meta ma kinitx tkun animata, laqtet lil Swann bix-xebh tagħha ma’ dak il-wiċċ ta’ Siffora, bint, li wieħed jara f’affresk tal-Kappella Sistina.”
Marcel Proust (1871 – 1922) rumanzier, kritiku u esejist Franċiż l-aktar magħruf għar-rumanz tiegħu À la recherche du temps perdu li jikkonsisti f’seba’ partijiet. Du côté de chez Swann hu l-ewwel rumanz mis-seba’ rumanzi filwaqt li Imħabba ta’ Swann hi t-tieni mit-tliet partijiet tiegħu.
Minn: Paul Zahra
Format: paperback
Pagni: 242
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?