Description
Ilwien Il -Festi Maltin – Vol 7 /Colours Of Maltese Festas -Vol 7
Ħadd ma jista’ jiċħad li l-festi Maltin huma element importanti tal-identità Maltija. Il-barranin li jżuruna jogħxew wara dawn iċ-ċelebrazzjonijiet imlewna u spettakolari, li qajla jaraw bħalhom f’imkejjen oħra madwar id-dinja. Dan il-ktieb jiċċelebra l-ġmiel tal-festi Maltin, billi joffri lill-qarrej rappreżentazzjoni fotografika ta’ dak kollu li jagħmel il-festa Maltija. Din id-damma ta’ ritratti hi frott il-ħidma ta’ fotografu ħabrieki u dilettant kbir tal-festi. Dawn iż-żewġ karatteristiċi ta’ Mark Micallef Perconte jassiguraw għażla unika ta’ ritratti li jiflu kull dettall minn dawn il-festi tagħna, li żgur se jkunu apprezzati minn kull min għandu għal qalbu l-patrimonju ta’ pajjiżna.
L-għan ewlieni tas-sensiela hu li tgħin lill-qarrej japprezza aktar il-ħidma ta’ tant u tant voluntiera li jissagrifikaw sigħat twal mill-ħin liberu tagħhom biex, mhux biss jiggarantixxu l-livell ta’ eċċellenza li qed jintlaħaq fil-festi tagħna, iżda fuq kollox biex b’ħidmiethom juru li ‘l Alla l-imbierek jixraqlu l-aqwa u l-aħjar.
Minn: Mark Micallef & Andrew Borg
Format: Hardback
Pagni: 304
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?