Ilkoll Ahwa Fi Kristu – Guzeppi Mercieca
Mons Ġużeppi Mercieca twieled fil-11 ta’ Novembru, 1928, f’Victoria, Għawdex. Studja fis-Seminarju ta’ Għawdex, fl-Università Gregorjana, u fl-Università tal-Lateran. Iggradwa fit-Teoloġija u l-Liġi Kanonika. Ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Marzu, 1952. Wara l-ordinazzjoni, ġie appuntat Kanċillier tal-Kurja ta’ Għawdex. Beda jgħallem it-Teoloġija u l-Liġi Kanonika fis-Seminarju ta’ Għawdex, fejn mill-1959 sal-1969 kien ukoll Rettur tas-Seminarju.
Fl-1969, inħatar Imħallef tas-Sacra Romana Rota. Sar ukoll Konsultur tal-Kongregazzjoni tas-Sagramenti u tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi. Fis-27 ta’ Lulju, 1974, il-Papa Pawlu VI innominah Isqof Awżiljarju ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Fid-29 ta’ Settembru tal-istess sena, ġie kkonsagrat Isqof Titulari ta’ Gemellæ, fin-Numidja. Fid-29 ta’ Novembru, 1976, tħabbret il-ħatra tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. L-ingress tiegħu fil-kariga sar fit-12 ta’ Diċembru, 1976.
Dan il-ktieb għall-ewwel darba jkopri l-esperjenza ta’ Mons Mercieca minn ċkunitu għal matul is-snin turbolenti fl-eqqel tal-kwistjoni tal-iskejjel tal-Knisja, ir-relazzjoni tiegħu ma Dom Mintoff, in-negozjati bejn Knisja u Stat f’Malta, iż-żjarat Papa Ġwanni Pawlu II lejn Malta u l-beatifikazzjoni ta’ tliet qaddisin Maltin. Fuq kollox il-ktieb jiddeskrivi b’mod ċar u sempliċi il-viżjoni pastorali u d-direzzjoni tiegħu bħala mexxej tal-Knisja f’Malta.
MInn: Charles Buttigieg
Format: Hardback,
Pagni: 400
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?