Il – Qilla Tal – Gwerra Fuq Ghawdex 1940-1943
‘Permezz dan il-ktieb nixtieq nurik minn xiex għaddiet il-ġenerazzjoni Għawdxija li kienet tgħix għall-ħabta ta’ nofs is-seklu għoxrin, u minn xiex għaddew il-ġenituri tiegħek bejn is-snin kiebja 1940-1943. Il-ġenerazzjoni moderna, medhija kif inhi fix-xalar li ġab miegħu l-progress, tinsab aljenata u ma tafx minn xiex għaddejna. Int li għandek il-ktieb f’idejk, għożżu, ibża’ għalih, u għaddih lil uliedek sabiex din il-ġrajja ma tintesiex, u tgħaddi minn bniedem għal ieħor, minn ġenerazzjoni għal oħra, sabiex mill-assedju tal-1798 tibqa’ monument ħaj għal dawk l-Għawdxin li tilfu ħajjithom u djarhom, flimkien ma’ ħafna Għawdxin li magħhom iltqajt u tkellimt, u li għadhom isofru l-konsegwenzi tal-gwerra sal-llum, wara li għaddew kważi erbgħin sena.’
mill-Kelmtejn Qabel
Frank Bezzina
Ir-Rabat, Għawdex, 1977
Minn: Charles Bezzina u Frank Bezzina
Format: paperback
Pagni: 603
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?