Description
F’dan il-ktieb tinsab ġabra sħiħa tal-papiet kollha minn San Pietru, l-ewwel papa maħtur minn Kristu nnifsu, sa dak preżenti, il-Papa Franġisku I. Kienet idea tajba din tas-Sur Anthony Spiteri li jiġbor f’damma waħda l-istorja tal-papat matul is-sekli. Ma kinetx ħaga ħafifa. Kienet biċċa xogħol li ħadet is-snin, nsin twal ta’ riċerka u ħidma metikuluża….
F’din il-ġabra ma nkitbux biss il-paġni sbieħ u glorjużi tal-Knisja ta’ Kristu imma wkoll dawk li ma jagħmlulhiex ġieħ. B’hekk biss setgħet titwassal lill-qarrej il-verita’ sħiħa. U din il-verita’ twassalna għal verita’ oħra – dik li huwa Kristu nnifsu li jmexxi l-Knisja tiegħu għax, minkejja ż-żminijiet ta’ taħwid u taqlib li għaddiet minnhom, baqgħet qawwija u sħiħa sal-lum, iktar minn elfejn sena mindu waqqafha. U, kif kien hawn min qal, la ma qerdux il-Knisja dawk li mminawha minn ġewwa mhumiex se jeqriduha dawk li jassaltawha minn barra.
Minn: Anthony Spiteri
Pagni: 445
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?