Sharon Borg, tfajla ta’ 24 sena toħroġ tqila mill-għarus tagħha Jonathan, li min-naħa tiegħu qatt ma ried jiżżewwiġha. Kif joħduha din l-aħbar il-ġenituri tagħha? Għalfejn Jonathan qatt ma ried jiżżewwiġha lil Sharon? Hemm xi raġuni valida jew le? X’jiġri meta Sharon tmur iċċempillu d-dar biex tinfurmah li hi tqila? Min iwieġbu t-telefown? Il-fatt li Sharon hija tqila, fiex iwassal? Isir jaf Jonathan li Sharon tqila jew le? U jekk iva, xi tkun ir-reazzjoni tiegħu? Jonathan ifittex l-għajnuna ta’ ħuh. X’għandu bżonn mingħandu u għalfejn? Wara kollox min jinħataf u għaliex? Aċċident partikolari jwassal biex jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija. Għalfejn? Jew forsi dan ma kien aċċident xejn, imma kien kollox ippjanat minn qabel? Jirnexxilhom jiġu salvati fil-ħin il-vittmi tal-ħtif u min ikun li ħatafhom? U Pietru fiex jidħol f’dan kollu? Jirnexxilhom il-pulizija jsibu tarf ta’ din il-kobba mħabbla jew le?
Minn: Ronald Camilleri
Pagni: 276
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?