F’IL-ĦOLMA MALTIJA
Frans Sammut ilaqqagħna ma’ Mikiel Anton Vassalli, l-akbar patrijott Malti ta’żmienu. Ma’ Vassalli ngħixu l-avventuri ta’ żgħożitu, fl-aħħar żminijiet tal-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta … meta jmur jistudja Ruma u jiltaqa’ ma’ nies ‘misterjużi’ u oħrajn għorrief … u mbagħad naraw l-impenn ta’ rġulitu favur ir-riformi li Napuljun ried iwettaq fl-Ewropa … sa meta ġie lura Malta mill-eżilju, xiħ qabel iż-żmien, minsi u fqir, fi gżira maħkuma issa mill-Ingliżi …
Studjuż tal-ilsna, negozjant, patrijott, Ġakobin … Mikiel Anton Vassalli jiddedika ħajtu għall-ħolma li fiha Malta ssib l-identità u d-dinjità tagħha fost il-ġnus. Imnebbaħ mill-ideali tas-Seklu tad-Dawl, Vassalli fehem kif il-ġens Malti seta’ jikseb l-għarfien tiegħu billi l-ewwel jagħraf jgħożż ilsienu.
F’IL-ĦOLMA MALTIJA, Sammut jilħaq il-qofol tal-ħila letterarja kbira tiegħu. Dar-rumanz, mogħni b’elementi ta’ storja politika, lingwistika, orjentaliżmu, filosofija, eżoteriżmu, u teoloġija, u bi ġrajja ta’ mħabba, huwa kapolavur ta’ Frans Sammut.
Fuq kollox, hu kapovalur ewlieni tal-letteratura moderna bil-Malti.
Minn: Frans Sammut
Format: Hardback
Pagni: 448
Pubblikat: 2012
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?