Il – Ħarira Kaħla (L-Awtobijografija Ta’ Guido Lanfranco)
“Il-ktieb jikkonsisti f’sensiela ta’ vignettes, naturalment innumerati għax Guido Lanfranco kien jorganizza u jinnumera kollox. Jien u naqra din l-awtobijografija, spiss sibt ruħi nidħaq waħdi, nimmaġina lill-awtur innifsu jirrakkontali fuq il-gazzu, il-kalapaj u l-istramberiji tad-devozzjonijiet popolari ta’ tfulitu. Guido kien raġel tal-familja u xempju ta’ rispett, imma fi ħsiebu kien irreverenti u kritiku aħrax. Flok paniġierku solenni fuq il-kriżi tal-valuri, jagħtina rakkonti żufjettużi fuq il-valuri nobbli ta’ qabel il-kriżi. Ma’ dawn jiżdiedu l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet ta’ bniedem li ħadem ħajtu kollha, spiss f’ċirkostanzi diffiċli, biex tana għarfien ġdid fuq in-natura u l-folklor ta’ Malta.” – Prof. Mark-Anthony Falzon
Minn: Guido Lanfranco
Format: Hardback
Paġni: 362
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?