Il – Filosofija Tal – Mohh
Il -filosofija tal-konoxxenza mentali u lil hinn minnha.
Il-moħħ uman: l-aktar strument sofistikat li jeżisti fl-univers magħruf. Għaliex il-moħħ tal-bniedem hu daqstant kumpless? X’inhi dil-menti umana li taf toħloq tant meravilji frott il-Konoxxenza tagħha stess? X’inhi l-Konoxxenza nnifisha, dik li ħabbtet tant filosfi kbar matul iż-żminijiet? X’jagħmel minnek Int, u mhux l-oħrajn? X’inhuma l-livelli varji tal-Konoxxenza? Veru li l-Konoxxenza ta’ kull bniedem ma tista’ tispiċċa qatt? U fuq kollox, għaliex l-aqwa mħuħ fil-fiżika moderna jgħidulna li l-Konoxxenza tagħmel parti wkoll mill-univers?
Dawn huma xi wħud mill-mistoqsijiet li f’dan il-ktieb se nippruvaw nirrisponduhom anki b’daqqa t’id tax-xjenza li għandna llum, li permezz tagħha se tkompli tgħinna nifhmu aħjar wieħed mill-akbar misteri tal-bniedem: il-Konoxxenza mentali tiegħu stess.
Minn: Anton Sammut
Format: paperback
Pagni: 197
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?