Il – Bedeq
Il-Bedeq min kien?
Għaliex żewġ “mibgħutin” ippruvaw jikkorrompuh biex iwaqqa’ l-Gvern Laburista fl-1973 li kellu maġġoranza ta’ Deputat wieħed biss fil-Parlament? Kif inqabdu fil-fatt?
Min kienu l-pulizija li investigaw dan il-każ? Dawn id-domandi huma mwieġba minn Francis Galea f’din il-pubblikazzjoni ġdida li turi kelma b’kelma x’seħħ fil-Parlament fil-ġranet tal-bidu ta’ Ġunju 1973. Dakinhar id-Deputat Mexxej Laburista u Leader of the House l-Av. Anton Buttigieg ressaq żewġ mozzjonijiet biex l-Ispeaker tal-Parlament jara jekk kienx hemm ksur ta’ privileġġ kontra Roger Camilleri u Ronnie Said. U fil-każ li kien hemm, jitressqu b’arrest quddiemu mixlijin li ppruvaw ixaħħmu lill-Bedeq u tliet Membri Parlamentari oħra Laburisti biex jivvutaw kontra l-Gvern Laburista ta’ dak iż-żmien ħalli jitlef il-maġġoranza li kellu fil-Parlament.
Minn: Francis Galea
Format: paperback
Paġni: 452
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?