Id – Dar Maltija – Aspetti Soċjali Ekonomiċi U Kulturali Bejn Il-Perjodu Medjavali Sa Żminijietna
F’dan il-ktieb, stampat kollu bil-kulur, l-awtur iħares lejn id-diversi tipi ta’ djar Maltin minn aspett antropoloġiku iktar milli arkitettoniku. Għalih, id-dar Maltija għandha mhux biss valur arkitettoniku, iżda wkoll importanza soċjali, ekonomika u kulturali. L-għamliet differenti ta’ djar li għexu, u li għadhom jgħixu fihom, il-Maltin huma tabilħaqq mera jew ritratt ta’ kif is-soċjetà Maltija żviluppat matul iż-żmien minħabba raġunijiet u ċirkostanzi storiċi differenti.
F’dan l-istudju, għaldaqstant, id-dar Maltija ma tibqax sempliċi binja tal-ġebel, iżda spazju jew post dinamiku fejn l-abitanti tagħha jaġixxu u jirreaġixxu ta’ kuljum b’diversi modi f’termini ta’ komunikazzjoni, privatezza, ġeneru, klassi soċjali, moviment u viżibbiltà.
Minn: George A Said Zammit
Format: Hardback
Paġni: 200
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?