Description
Ġomina Ħabel Tat – Tajjar (L-Ewwel Volum)
“In nomine Patris et Filii et Spiritus Sancti. Għidli, binti.”
“Ħarist lejn raġel, Dun Nikol.”
Dun Nikol kemmex ħuġbejh u tbissem. Il-leħen kien għarfu. Iżda għamel wiċċu max-xibka tal-konfessjonarju biex ikun żgur. U bil-ħlewwa kollha staqsieha, “Ma fhimtx eżatt, Ġomina. X’jiġifieri ħarist lejn raġel?”
Kien se jkompli jgħidilha, “Mela qatt ma kont rajt raġel f’għomrok?” Imma gidem ilsienu. Kien jaf lil Ġomina sewwa, u kien jaf kemm kienet xebba bil-għaqal u twajba… u innoċenti.
“Għax, Dun Nikol. Dar-raġel miżżewweġ u ħarist lejh!”
“Imma billi ħarist lejh… Ir-raħal mimli rġiel miżżewġa, u naħseb li xi darba ħarist lejhom.”
“Imma, Dun, dan ir-raġel ħares lejja wkoll. Imbagħad tbissimli, u jien…”
“B’daqshekk, Ġomina? Billi raġel isellem mara…”
“Għax imbagħad għamilt ġurnata naħseb fuq hekk biss. U la rqadt. U lanqas tqarbint ilbieraħ.”
Wiċċ il-qassis isserja. Ma kienx jaf x’se jistaqsiha bla ma jdaħħlilha f’moħħha ħsibijiet li qatt ma kellha qabel, u jispiċċa jagħtiha skandlu.
“Ismagħni sewwa, Ġomina. Billi raġel iħares lejk u jitbissimlek ma fiha xejn. Imma int… għax għedtli li lanqas torqod ma stajt…”
Dun Nikol gidem xofftu. Imbagħad kompla, “Għidli, Ġomina. Ħassejt xi xewqat?”
Ġomina damet ftit mumenti ma titkellimx u tul dawk il-ftit mumenti, Dun Nikol kien imwerwer li din ix-xebba innoċenti se tgħidlu li kellha xewqat żienja għal raġel miżżewweġ.
“Iva, Dun Nikol.”
“Jiġifieri kellek xewqat…”
“Eħe. Għax il-mara tiegħu marida ħafna u ma tistax tieħu ħsiebu sew. U għedt illi kieku kont il-mara tiegħu jien, kont insajjarlu tajjeb, u nnaddaflu sew u…”
“Jiġifieri dawn ix-xewqat li kellek?”
Minn: Charles MIcallef St John
Format: paperback
Paġni: 496
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?