Ghamlu Isem.
Din il-ġabra ta’ bijografiji hi r-riżultat tal-ħidma konsistenti ta’Joe Julian Farrugia fil-qasam kulturali Malti fejn wasal biex skopra kif anki nazzjon ċkejken għandu wirt kulturali li mhux biss huwa qadim ħafna imma huwa wkoll sikwit minsi. F’dan ix-xogħol – li jippreżenta kemm kontenut riċerkat u kemm modalità teknika xierqa u moderna – huwa qiegħed jixħet dawl fuq persunaġġi minn oqsma varji tal-ħidma umana biex juri li l-firxa wiesgħa tal-interessi Maltin kienet dejjem minnha nnifisha espressjoni ta’kuxjenza nazzjonali, sħiħa u koerenti.
Għal dan il-għan, fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu fil-qasam kulturali, Joe Julian Farrugia għażel persunaġġi minn oqsma ta’ħidma differenti, kemm kreattivi u professjonali, u kemm politiċi, artistiċi u reliġjużi. Ħarsa mill-qrib lejn il-persunaġġi magħżula, anki fid-dawl tal-epoka meta għexu, turi li Joe Julian Farrugia mexa bil-għaqal biex ipproduċa kwadru sħiħ ta’kompetenzi li jagħtu lil Malta l-kredenzjali ta’nazzjon. F’dawn il-bijografiji hemm dejjem ix-xewqa tal-awtur li juri li dawn huma persunaġġi li rnexxew bis-saħħa tat-talent li tahom Alla u tal-opportunità li sabu. B’hekk huma setgħu jiżviluppaw u jħaddmu ħilithom mhux biss għas-sodisfazzjon personali tagħhom, imma wkoll għall-ġid ta’nazzjon sħiħ.
Il-personaġġ f’din il-ġabra huma: Josie Coppini; Tony Nicholl; Sammy Bartolo; Emvin Cremona; Anton Buttigieg; Anthony Aquilina il-Maġġur; Oscar Lucas; Vitorin Galea; Ġużè Aquilina; Effie Ciantar; Mikiel Pace, Crist van Bern; Patri Marjanu Vella; Carmen Carbonaro; Charles Flask; Mikiel Abela il-Bambinu; Karmenu Vassallo; Evan Ciantar; Tommy Hedley; Turu Lentini; Charles Clews; Herbert Ganado; Biċe Bisazza; Wenzu Schembri it-Tobi; John B. Cassar; Andrew P. Vella; Anthony Tahir; Marco Montebello; Oreste Kirkop; Charles Cutajar il-Big Boy; Anthony Zarb il-Walker; Mary Ripard; Victor Apap; Carmelo Cauchi Kaneni; Mario Ellul; Francis Ebejer; Bernard Scerri; Ġużeppi Caruana; Mary Meylak; Carmelo Zammit; u Vince Laus.
Minn: Joe Julian Farrugia.
Format: Paperback
Pagni: 190
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?