Għall – Imħabba Ta’ Prostituta (It – Tieni Ktieb)
Minkejja l-passat imqalleb tagħha, lil Kimberly xorta waħda sirt inħobbha.
Speċjalment wara li stqarret illi miegħi sabet il-ħajja li dejjem xtaqet biex tkun tista’ tibni familja.
Biss, dak il-kiefer li kien jaħkimha, iħaddimha, jaħqarha u jgħakkisha, żgur li ma kienx se jtiha 1-libertà u jħalliha titlaq kif ġieb u lahaq. Ma kienx se jħalliha tgħix ħajjitha kif tixtieq. U żgur li ma kienx se jħalliha taħrablu minn taħt difrejh.
Akkost ta’ kollox. Lanqas jekk jimmankaha, jirrovinaha, u jekk hemm bżonn … ineħħilha ħajjitha! Għalhekk, biex jirnexxili nsalvaha u neħlisha darba għal dejjem mill-jasar u l-iskjavitù li kienet maqbuda fihom, kelli bilfors ngħaddi minn saram u perikli kbar li saħansitra gabuni wkoll … wiċċ imb wiċċ mal-mewt!
Għax b’hekk biss stajt nipprotegi lilha u l-frott ta’ mħabbitna li issa … kienet qiegħda ġġorr f’gufha.
Imma tgħid l-ajru, xi darba kien għad jibbnazza … għalina t-tlieta?
Minn: Michael Cini
Format: paperback
Paġni: 336
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?