Għall – Imħabba Ta’ Prostituta (L – Ewwel Ktieb)
Tgħid b’kumbinazzjoni, jew kien proprju d-destin li laqqagħni magħha biex minn dakinhar baqgħet dejjem f’ħajti, f’moħħi, imma wisq iżjed … f’qalbi?
Għax bil-ħlewwa sempliċi tagħha, bix-xewqa qawwija li sa fl-aħħar seta’ jirnexxilha ssib lil min iħobbha tassew mingħajr ma jkun qiegħed biss jużaha biex jinqeda biha, u bil-ħeġġa appassjonanti li tibda ħajja ġdida miegħi, serqitli qalbi … u rebħitli mħabbti.
U dan minkejja l-problemi, id-diffikultajiet, kif ukoll ir-riskji mill-perikli kollha li ħabbatt wiċċi magħhom u li kelli bilfors ngħaddi minnhom minħabba fiha.
Għaliex sewwa jgħidu li għall-imħabba vera, tkun lest li tagħmel kollox.
Kif għamilt minn qalbi jien … għall-imħabba ta’ prostituta!
Minn: Michael Cini
Format: paperback
Paġni: 304
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?