Fuq Il – Passi Ta’ Vassalli
Pubblikazzjoni li tiġbor fiha sitta u tletin kontribuzzjoni li wħud minnhom jitfgħu dawl ġdid fuq Vassalli:
fi żmien l-Ordni wara l-ħarba mill-ħabs, insibuh f’Pariġi;
fi żmien il-Franċiżi kien fil-Gwardja Nazzjonali;
kif qatta’ parti mill-eżilju f’Korsika u Majorka;
Cambridge University Press kienu se jippubblikawlu t-tieni grammatika
Il-volum jinkludi wkoll għadd sabiħ ta’ ritratti li jinkludu dokumenti u riproduzzjoni bil-kulur ta’ ktejjeb rari (u ftit magħruf).
Dettalji bijografiċi ta’ Vassalli flimkien mal-għejun tagħhom jikkumplimentaw dan il-ktieb li għandu jkun f’idejn l-istudjużi tal-Malti kif ukoll dawk li għandhom għal qalbhom l-Istorja ta’ pajjiżna.
BORD EDITORJALI: Joseph P. Borg, Dr George Farrugia, Victor Fenech u Dr Olvin Vella
Il-kontributuri jinkludu: Joan Abela, David Agius Muscat, Mons. Ġwann Azzopardi, Karmenu Bonavia, Giovanni Bonello, Joseph P. Borg, Anna Borg Cardona, Michael Buhagiar, Paul Catania, Mario Cassar, Ġuż. Cassar Pullicino, Frans Ciappara, Mark Anthony Falzon, Victor Fenech, Henry Frendo, Albert Ganado, Henry-Franz Gauci, Liam Gauci, Hugh A. Mallia, Ersilio Michel, Manwel Mifsud, Ivan Said, Paul Sciberras, Richard Spiteri, Olvin Vella, Charles Xuereb, Trevor Żahra, William Zammit, u Theresa Zammit Lupi.
Minn: Joseph Borg
Format: Hardback
Pagni: 460
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?