Francis Ebejer – Xogħlijiet Miktuba (Vol 1)
Dan l-ewwel volum f’din is-sensiela ta’ kitbiet ta’ Ebejer jippreżenta mhux biss il-wirt teatrali li ħallielna bħala xogħol letterarju, iżda wkoll bħala dokument storiku u kulturali tal-ispettakli teatrali prinċipali li fassal matul il-karriera tiegħu. Kull dramm joffri ritratt uniku ta’ żmien, spazju u sensibbiltà partikolari li, minkejja li predominantament jorbot ma’ Malta, jirnexxilu jmiss ma’ valuri u mistoqsijiet universali. Il-qarrejja, sew jekk atturi, studenti, studjużi, jew sempliċement nies li jħobbu t-teatru, żgur li se jsibu f’din il-ġabra mhux biss esperjenza artistika, imma wkoll sfida intellettwali li tħeġġeġ għal ħsieb kritiku u parteċipazzjoni emozzjonali.
Dan il-proġett qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill tal-Arti u Teatru Malta.
Minn: Francis Ebejer, Toni Sant
Format: hardback
Paġni: 480
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?