Fil – Parlament Ma Jikbrux Fjuri
Kollezzjoni Oliver Friggieri tiġbor fiha fost l-aħjar xogħlijiet ta’ wieħed mill-akbar ħassieba u kittieba Maltin tas-seklu għoxrin. Din is-sensiela se tinkludi rumanzi, poeziji, novelli, kritika letterarja, oratorji u ġeneri oħra li bihom esprima ruħu Friggieri. Fil-ktieb, Fil-Parlament ma jikbrux fjur, Oliver Friggieri jikteb b’mod ċar dwar l-għeruq tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlieni, Karlu Manju, li jirrapreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta’ mħabba, reliġjuż… rumanz li għamel storja… għax jirrakonta dwar il-‘poter’ tal-bniedem tat-triq.
Minn: Olivier Friggieri
Format: hardback
Paġni: 258
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?