Eterna
‘Ibni, dan l-iskroll huwa l-bieb għat-teżor tal-umanità u l-familja tagħna hija xxurtjata mhux ftit bħala gwardjani ta’ din ir-riċetta li hija bbażata fuq għarfien mediku Eġizzjan ta’ żmien il-qedem li jinkludi taħlita ta’ rimedji ta’ ħxejjex, prattiċi spiritwali u esperimentazzjonijiet alkimiċi!’
Dakinhar li Alis kien ta lil ibnu Sami l-mappa li kellha tieħdu lejn ir-riċerka tal-Eterna, ħajjet Sami u ħuh Khaled tinbidel kompletament. Sami jqum minn koma wara ħafna snin, fejn kienet saret theddida fuq ħajtu. Fejn kien ħuh Khaled? Min kien Adil Farouk li kien ser jagħmel minn kollox biex jisraqlu r-riċetta tal-Eterna? U l-imħabba ta’ ħajtu kienet Eliana jew Nailah? Xejn ma kien għadu ċar.
Sami jkollu jiskopri lura lilu nnifsu, dak li jagħmlu Hassan u finalment irid isib l-erba’ partijiet tar-riċetta Eterna li kienu moħbijin f’postijiet misterjużi madwar l-Eġittu!
Dan ir-rakkont f’forma ta’ thriller romantiku mimli avventuri jeħodna f’passaġġi sigrieti taħt il-belt tal-Kajr, l-Eġittu, f’bibien u fi kmamar moħbija, libreriji li ħadd ma jaf bihom, fuq ix-Xmara Nil, f’labirinti fejn ħadd qatt ma rifes, f’Oasi fejn hemm
Minn: Sharon Calleja
Format: paperback
Paġni: 385


Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?