Elezzjonijiet F’Pajjizna Fl-Isfond Storiku 1800-2013
‘Dan il-volum intitolat L-Elezzjonijiet f’Pajjiżna fil-isfond storiku 1800-2013 hu kontribut ieħor massiċċ ta’ Michael J. Schiavone għal dak li hu, essenzjalment, arkivju bibljografiku nazzjonali. Din it-tip ta’ informazzjoni tikkostitwixxi font ta’ tagħrif miġbur dwar persuni u avvenimenti tul iż-żmien.
‘Dan ix-xogħol ġdid L-Elezzjonijiet f’Pajjiżna fil-isfond storiku 1800-2013 (PIN, 2013) m’huwiex sempliċiment aġġronament kronoloġiku ta’ dati u fatti dwar l-istorja elettorali, għalkemm huwa hekk ukoll. Jikkomprendi kummentarju x’aktarx iddokumentat dwar l-istorja politika li hi marbuta magħhom, kemm matul l-elezzjonijiet infushom kif ukoll bejn elezzjoni u oħra.
Il-ħames u s-sitt taqsima jkopru fost l-oħrajn il-mixja mhux dejjem lixxa lejn l-Indipendenza fl-1964 wara l-elezzjoni taħraq tal-1962, u s-snin turbulenti ’70 u ’80 tas-seklu għoxrin, fi żmien il-gvern ta’ Mintoff, u sal-1987, meta bil-ħniena seħħet l-alternanza tal-poter minkejja dak kollu li kien seħħ. Jibqa’ ġej sal-lum bir-rebħa elettorali Laburista straordinarja taħt it-tmexxija taż-żagħżugħ Joseph Muscat f’Marżu 2013.
‘Madankollu hu fatt rikonoxxut minn kull min jifhem li fonti strutturati bħal dawn jikkostitwixxu għodda indispensabbli u imprezzabbli għar-riċerkatur u l-kittieb, kif ukoll għall-istudenti u l-pubbliku; jgħinu biex jiffaċilitaw ġudizzji iżjed istruwiti u l-elevar tad-diskors pubbliku, inkluż dak ġurnalistiku, li l-awtur sa maill-1970 kine involut fih bħala l-ewwel editur tal-ġurnal In-Nazzjon Tagħna.’
Minn: Michael J Schiavone
Pagni: 1336
Pubblikat: 2013
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?