Ejjew Nidhku Ftit Iehor Ma Charles Clews
Charles Clews twieled l-Isla fis-27 ta’ Settembru 1919. Wara edukazzjoni primarja huwa studja l-Liċeo mnejn daħal it-Tarzna Navali bħala apprentista u studja fid-Dockyard Technical College. Huwa serva bħala Engine Fitter u spiċċa bħala Surveyor. Fl-1964 daħal bħala ġurnalista mal-Union Press, mnejn irtira bl-età fl-1980.
Clews kien magħruf l-aktar bħala attur komiku fuq il-palk, radju u TV. huwa kien kofundatur kemm tal-kumpanija teatrali Stage Commandos, kif ukoll tar-Radju Muskittieri li kienet ixxandar kull ġimgħa fuq ir-Redifussion. Għalihom kiteb għadd kbir ta’ skripts. Kiteb ukoll għall-palk l-aħjar produzzjonijiet tal-iStage Commandos. Fost l-aktar xogħlijiet popolari tiegħu nsibu ‘It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla’.
Huwa kien mistieden darbtejn l-Awstralja bħala entertainer għall-emigranti Maltin hemmhekk. Tul il-karriera tiegħu rreċta tista’ tgħid fuq kull palk ta’ Malta u t’Għawdex. Għal kważi 50 sena sħaħ huwa kellu kolonna regolari fil-gażżetta ta’ nhar ta’ Ħadd It-Torċa li kien ilu jikteb sa mill-ewwel edizzjoni li ħarġet f’Ottubru tal-1959. Huwa kien ukoll ippubblika seba’ kotba żgħar ta’ xejra umoristika bl-isem Ejjew Nidħku Ftit.
Fl-1996 Charles Clews ġie mogħti l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika u s-sena ta’ wara ġie onorat mill-Awtorità tax-Xandir bi Special Award for Light Entertainment għall-ħidma ta’ aktar minn 50 sena fil-qasam umoristiku.
Minn: Toni Sant
Format: paperback
Pagni: 288
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?