Eddie (Is – Sewwa Jirbaħ Żgur)
Il-ktieb li jiffoka fuq il-politiku Eddie Fenech Adami u jittratta l-mod kif il-viżjoni politika tiegħu bidlet pajjiż. Minbarra l-esperjenza miġbura mingħand Fenech Adami nnifsu, il-ktieb jinkludi wkoll l-esperjenzi tal-politiċi ewlenin li kienu l-aktar viċinu tul is-snin li dam fil-politika Maltija. Il-ktieb ma jiqafx biss mal-esperjenzi ta’ Eddie Fenech Adami iżda jmur lil hinn u jippreżenta storja ta’ poplu mmexxi minn politiku ta’ valuri. L-esperjenzi tal-politiċi li ħadmu madwar Fenech Adami kif stabbiliti fil-ktieb EDDIE: Is-Sewwa Jirbaħ Żgur ikomplu jnaqqxu l-prinċipji ta’ dan il-politiku u l-impronta li hu ħalla fl-istorja politika Maltija.
“Eddie Fenech Adami hu bniedem riservat iżda determinat; kien b’saħħtu propju fil-mumenti l-aktar diffiċli. Kien il-persuna li ispira eluf ta’ Maltin biex joħorġu minn qoxrithom u jipparteċipaw fl-attivitajiet politiċi. Inkluż jien.”
L-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi
“Eddie Fenech Adami hu ġawhra li xi kultant lanqas tinduna biha. Eddie wera u pprova lilu nnifsu tul is-snin. Hu bniedem umli, kwiet, studjuż tal-liġi u moħħ politiku; mhux diffiċli biex tikkomunika miegħu għax għandu moħħ miftuħ, qalb disposta u komunikazzjoni effettiva.”
L-Eks Ministru u Eks Segretarju Ġenerali tal-PN Louis Galea
“Eddie Fenech Adami jippreżenta ruħu kif inhu. Fil-prova tan-nar ħarġet il-fibra tal-azzar fil-karattru tiegħu. Għażilna, fil-mument kruċjali, il-bniedem li kellu d–dehen, ir-rażan, il-kuraġġ illi kienu mitluba fiċ-ċirkostanzi. Eddie qeda, b’mod eċċellenti, il-funzjoni ta’ mexxej f’mumenti deċiżivi għall-istorja ta’ pajjiżna, mumenti li kienu determinanti.”
Il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici
“Eddie Fenech Adami ssaħħaħ bħala mexxej u beda jsir mexxej ta’ viżjoni. Minn politiku li kien jagħmel diskorsi tajbin, inbidel u ħareġ il-bniedem determinat li s-sewwa jirbaħ żgur.”
Il-President Emeritu Guido de Marco
Minn: Dione Borg
Format: hardback,
Paġni: 576
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?