Description
Drawwiet Tal-Milied
Ara kemm ġie sabiħ il-Bambin imdawwar bil-ġulbiena u l-ponsjetta. Imma issa jeħtieġ inħaffu għax irridu mmorru nduru l-presepji. Narawk dawk l-aktar antiki u dawk mekkaniċi. Noqogħdu nosservaw il-pasturi tradizzjonali libsin il-kabozza u l-barjola. Imma ma nitħabtux iżżejjed għax illejla rridu nieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin u wara mmorru għall-quddiesa ta’ nofsillejl. Din is-sena, Lara l-kuġina u Mark ta’ ħdejna se jagħmlu l-prietka tal-Milied. Nittama li laħqu tgħallmuha sewwa. Qabel il-quddiesa, l-organista jdoqqilna l-pastorali. Xi ġmiel ta’ melodija! Ma nixba’ qatt nismagħha. Imbagħad, meta naslu lura d-dar insibu l-imbuljuta tistenniena. Togħma bnina ta’ Milied.
L-istess bħalma huwa dal-ktieb.
Id-drawwiet, il-ħsejjes, it-togħmiet tal-Milied Malti, miġbura minn Trevor Żahra u rrakkontati minn: • Carmel G. Cauchi • Jackie Mercieca • Fiona Vella • Joseph Vella Bondin • Alexander Vella Gregory • Trevor Żahra
Minn: Trevor Żahra
Format: Hardback
Paġni: 96
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?