Dizzjunarju Ta’ Termini Letterarji
teorija, metrika, stilistika, b’ezempji mill-letteratura Maltija.
Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta’ termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sa l-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini kritiċi ta’ xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabolarju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha. L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, u dan iwassal biex id-dizzjunarju jista’ jkun ikkonsultat minn kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b’eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub b’mod li jista’ jkun ta’ fejda f’livelli differenti ta’ l-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma.
F’din l-edizzjoni l-ġdida mkabbra l-Professur Oliver Friggieri qiegħed idaħħal għadd kbir ta’ termini ġodda. Bħal fil-każ tat-termini l-oħrajn, ħafna minnhom qegħdin jidhru bil-Malti għall-ewwel darba u huma mogħtijin il-forma standardizzata mill-awtur.
Minn: Oliver Friggieri
Format: Hardback
Pagni: 904
Pubblikat: 1996 (tieni edizzjoni mkabbra u reveduta)
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?