Delitti F’Malta – 200 Sena Ta’ Omicidji 1800-2000
Matul is-sekli dsatax u għoxrin, f’Malta twettqu madwar 450 omiċidji, b’medja ta’ ftit inqas minn żewġ omiċidji f’sena fis-seklu dsatax u b’żieda ta’ kważi mija fil-mija fis-seklu ta’ wara. Jista’ jingħad ukoll li pajjiżna ra żieda kbira ta’ delitti ta’ din ix-xorta matul dawn l-aħħar tletin sena. Minkejja dan Malta hija klassifikata bħala pajjiż li għandu numru baxx ħafna ta’ delitti, b’mod partikolari b’mottiv ta’ serq u sesswalita`. Dan jagħmel unur għas-soċjeta` Maltija. Ta’ interess li jingħad ukoll li, kif wieħed se jaqra dan il-ktieb, f’Malta bħal pajjiżi oħra, l-omiċidju twettaq minn kull strat tas-soċjeta`: irġiel, nisa, sinjuri, fqar, żgħażagħ, anzjani u saħansitra tfal.
Minn: Edward Attard
Format: paperback,
Pagni: 669
Kondizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?