Dawn Inkitbu Biex Intom Temmnu, Studji Fuq I – Evanġelju Ta’ San Ġwann U L-Ittri U L-Apokalissi
“Aħna, il-qarrejja ta’ dawn il-gżejjer, għandna mhux biss xortina tajba imma mbierka, għax għandna f ’idejna dan il-volum imprezzabbli ta’ Patri Martin Micallef, Franġiskan Kapuċċin. Dan il-volum, Dawn inkitbu biex intom temmnu: Studji fuq l-Evanġelju u l-Ittri ta’ San Ġwann, u l-Apokalissi, jiġbor fih madwar tletin sena ta’ studju u riċerka li dan l-iskular tal-Iskrittura Mqaddsa għamel fuq l Evanġelju skont San Ġwann u kitbiet oħra relatati. Kienet deċiżjoni mill-aktar għaqlija u f ’waqtha li Patri Martin ġabar fi ktieb wieħed il-ħafna kitbiet u studji tiegħu dwar ir-Raba’ Evanġelju. Dan hu wkoll ta’ benefiċċju enormi lill-pubbliku ta’ dawn il-gżejjer, l-aktar lill-membri tal-komunità Nisranija li jixtiequ jkomplu japprofondixxu l-esperjenza tagħhom bħala dixxipli tal-Mulej.”
Mons. Prof. Hector Scerri
Minn: Martin Micallef
Format: paperback
Paġni: 558
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?