Dar Tal – Qattus Bir – Rakketta Blue
Théodore de Sommervieux isir iħobb bi mħabba tal-ġenn lil Augustine Guillaume bint in-negozjant tal-ħanut tad-drappijiet b’tabella li kienet turi Qattus bir-Rakketta f’idu. X’jagħmel Théodore biex jirbaħ qalb Augustine? X’jiġri fiż-żwieġ tagħhom? Kemm hu validu kliem is-Sur Guillaume, missier Augustine, li kellu d-drawwa jgħid:“li, biex issib il-ferħ, mara ma kellhiex ħlief li tiżżewweġ raġel tal-klassi tagħha; meta wieħed jitla’ ’l fuq iżżejjed illum jew għada jispiċċa kkastigat; l-imħabba tirreżisti ftit wisq kontra l-inkwiet tal-ħajja tal-familja, b’hekk jeħtiġilha ssib fiż-żewġ naħat kwalitajiet sodi biex ikunu ferħanin; il-miżżewġin ma jeħtiġilhomx juru li jafu aktar minn xulxin, billi qabel kollox jeħtiġilhom li jifhmu lil xulxin; raġel li jitkellem bil-Grieg u mara bil-Latin jissograw li jmutu bil-ġuħ. Kien ivvinta dan l-ispeċi ta’ proverbju. Kien iqabbel iż-żwiġijiet li kienu jsiru b’dan il-mod ma’ drappijiet qodma b’taħlita ta’ ħarir u suf, li l-ħarir tagħhom dejjem jispiċċa jqatta’ s-suf.” … ?
Honoré de Balzac kiteb La Maison du chat-qui-pelote fl-1829. Din hi l-ewwel novella twila tal-Comédie humaine li tiġbor fiha d-dinja li Balzac irnexxielu joħloq matul il-karriera letterarja tiegħu. L-istorja titqies minn Balzac innifsu bħala xena mill-ħajja privata. Hi għadha tgawdi ċerta popolarità billi fil-qosor tagħha tiġbor għadd mhux ħażin ta’ temi universali marbutin man-natura umana. In-novella La Maison du chat-qui-pelote ġiet ippubblikata diversi drabi bil-Franċiż u tradotta f’bosta lingwi.
Minn: Paul Zahra
Format: paperback
Pagni: 81
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?