Dak Li L – Lejl Iħallik Tgħid
Kienet se tbuslu l-kappi ta’ għajnejh u tistaqsih x’hemm warajhom. X’kien qed jirnexxilu jara tant ‘il bogħod? X’tip ta’ sbuħija? X’tip ta’ kruha? Kienet se tbuslu widnejh u kien se jgħidilha dwar il-ħsejjes kollha. Min beka u min daħak, min għajjat u min tkarrab. Kienet se tbuslu xufftejh u kien se jgħidilha kollox dwar il-kliem. Il-kliem li qal għax kien jemmnu u dak li qal għax kien jinstema’ sabiħ.
Minn: Pierre J Mejlak
Format: paperback
Paġni: 206
Pubblikat: 2011
Kundizzjoni: tajba
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?