Crux Invicta – Il – Kurcifiss Mirakuluz u L – Kapuccini F’ Ghawdex
“Dan il-ktieb jinseġ tapizzerija rikka ta’ ħajja Kapuċċina f’dawn il-gżejjer madwar il-leit motif tal-istorja tal-Kurċifissli hemm fil-knisja u l-kunvent tal-Ordni f’Għawdex. Fuq l-isfond ta’ kif żviluppa l-kult tal-Kurċifiss sa mill-ewwel sekli tal-era Kristjana, kemm fid-dinja Kattolika kif ukoll f’dawn il-gżejjer, l-awtur ilaqqam il-ġrajja ta’ kif dan il-Kurċifiss, li nħadem fi Sqallija fl-1683 minn artist tajjeb u li s’issa għadu mhux magħruf, inġieb f’dawn il-gżejjer mill-Kommendatur Miceli, l-ewwel f’Malta u aktar tard, bilħidma tal-ħabrieki Għawdxi de Soldanis, għadda f’idejn il-Kapuċċini li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom, tefgħa ta’ ġebla bogħod miċ-Ċittadella, f’Forn il-Ġir.
Dan ir-rakkont – iz-zokk tas-siġra narrattiva – jinfirex fuq sitt kapitli li minnhom, bħal fi friegħi tqal bilfrott li l-awtur jgħammidhom Excursus, wara kull kapitlu jislet għana ta’ dettalji dwar l-elf u mitt ħaġa ta’ interess li jkunu ssemmew fil-kapitlu rispettiv. Kollox huwa mirfud, sal-inqas dettall, minn dokumentazzjoni sħiħa kif tixhed ilbibljografija voluminuża fi tmiem din l-opra. Ma tistax ma tolqtokx in-nisġa sfiqa tar-rakkont malħajja fl-ambjent Għawdxi u l-implikazzjonijiet soċjali li tista’ tislet minnha. Dan ktieb li nirrakkomandah lil kull min għandu għal qalbu l-ħajja Nisranija u l-istorja ta’ pajjiżna, mhux biss għall-ispeċjalista li jogħxa jgħum fil-baħar ta’ referenzi, imma għal kull dar Ii tgħid li hi Maltija.”
Minn: Rev Dr Martin Micallef
Format: Hardback,
Pagni: 496
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?