Ċensu Apap
Twieldet ix-xewqa tiegħi li Ċensu Apap jerġa’ jsir l-iskultur tal-poplu kollu Malti. F’dan ix-xogħol tiegħi tħarriġt fil-kitbiet xjentifiċi u f’riċerka oħra li jien personalment għamilt. Ġbart l-aħjar, naqqast minnhom it-toqol tal-istudju li jagħmilhom tassew iebsa biex jifhimhom il-poplu, u fuq kollox ktibt bil-Malti biex il-Maltin ikollhom miġbura f’idejhom id-damma sħiħa tax-xogħolijiet ta’ Ċensu Apap. Hekk ikun jista’ jaqrahom u jifhimhom biex ikun jista’ japprezzahom aħjar. Ir-riċerka tiegħi fix-xogħol li għamilt hi kitba xjentifika. Xtarrejt u għarbilt xogħolijiet ta’ kritiċi tal-arti magħrufa kif ukoll xogħolijiett’awturi li huma aktar storiċi milli kritiċi tal-arti. Għarbilt ukoll studji ta’ nies li għalkemm tawna kitba sabiħa fuq dan l-iskultur huma anqas magħrufa. It-tagħrif tagħhom hu tassew imprezzabbli u tani sodisfazzjon xjentifiku tassew kbir. Ma’ dawn l-istudji meħuda minn kotba, rivisti u xogħolijiet xjentifiċi oħra fuq Ċensu Apap, għaqqadt ukoll riċerka oriġinali tagħna li għamilna flimkien. Skoprejna affarijiet u ħidmiet ġodda li qabel qatt ma kienu ndammu. Għalhekk min se jaqra dan il-ktieb se jsir jaf affarijiet ġodda fuq Ċensu Apap. Imma importanti ħafna kien li x-xogħol xjentifiku li ħdimna fuqu għamilnieh jinftiehem mill-poplu Malti. Hu espressjoni li tinftiehem ta’ studju li ħafna drabi hu fl-ilsien barrani u għarib li l-poplu ma jistax igawdi għax tqil wisq biex jifhmu u miktub fl-ilsien barrani. Hekk nittamaw li lħaqna lill-poplu kollu li s’issa għadu qiegħed jgħajjex f’qalbu l-memorja ta’ dan il-bniedem tassew kbir. L-arti tiegħu għadha u tibqa’ tgħanni l-kobor u l-ħila tal-ġens Malti. Ġens msejjes fuq ħiliet kbar. Ġens li jogħla ‘l fuq fil-ħsibijiet u fil-kapaċitajiet intellettwali tiegħu. Ġens li għalkemm żgħir, hu għani u kbir fil-wirt storiku u kulturali tiegħu.
Minn: Stanley Mangion, Christopher Magro
Format: paperback
Paġni: 153
Pubblikat: 2011
Kundizzjoni: gdida
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?