Cajt Ta’ Klassi (U Battuti Ohra)
Ġabra ta‘ aktar minn 270 aneddotu, praspura, ċajt, battuti, bawxati u mumenti oħra ħelwin li jgħaddu minnhom l-għalliema u edukaturi fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Huma jisimgħu minn kollox fil-klassi, u quddiemhom iseħħu affarijiet li żgur ma jkunu mniżżlin f’ebda pjan tal-lezzjoni. Kull rakkont imniżżel f’dan il-ktieb seħħ tassew u l-iskop tiegħu huwa li jnissel tbissima fuq fomm il-qarrejja. Għax, ngħiduha kif inhi, kif tista’ ma titbissimx meta student idaħħal f’rasu li se jaqagħlu xagħru u jmur jieħu l-parir ta’ għalliem fartas? Jew meta għalliem igerfex student ma’ ieħor u waqt jum il-ġenituri jibda jfaħħar student li qatt ma jagħmel xogħlu? X’jiġri meta għalliem jintebaħ li jkun nesa li kellu lezzjoni u jħalli l-ħobż jinxtewa fit-toaster biex imur jiġri fil-klassi? Inkella xi tkun ir-reazzjoni ta’ għalliema meta żewġ kollegi tagħha jżidulha lezzjoni oħra fit-timetable meta s-soltu ma jkollhiex lezzjoni? Timmaġina li studenta tal-primarja tiksi l-mejda kollha kemm hi santi qabel tibda l-eżami?
F’dan il-ktieb qed jiġu ppubblikati wkoll tweġibiet mill-aktar kreattivi li kitbu l-istudenti fil-homework jew inkella fil-karti tal-eżamijiet – tweġibiet li jmorru ħafna lil hinn minn dak li kien mistenni mill-istudenti!
Dan il-ktieb jinkludi wkoll ġrajjiet li seħħew lill-kantanti, atturi, illużjonisti, awturi … li huma wkoll għalliema.
Ċajt ta’ Klassi miġbur minn Bertram Portelli hu mżewwaq ukoll bi 30 karikatura magħmulha minn Mark Schembri.
Inħallu issa f’idejk biex taqbad dan il-ktieb, taqra u titbissem b’daċ-ċajt ta’ klassi, għax se taqra (u tara!) affarijiet li qatt ma bsart li jseħħu jew jingħadu.
Minn: Betrum Portelli
Format: Hardback
Pagni: 224
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?