Ċajt Minn Fuq L-Ambone (Mel’Isma Din) Fr Martin Micallef
Ċajt minn fuq l-Ambone, Mel’isma’ din! miktub minn Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza jiġbor fih 250 ċajta li n-nies iħobbu jirrakkuntaw minn widna għal oħra u li ħafna drabi jasal f’verżjonijiet differenti imma dejjem bl-iskop li jġib tbissima jew li saħansitra jaqsmek
bid-daħq. Int u taqra dan iċ-ċajt żgur se tiftakar li xi darba jew oħra smajt xi wħud minnhom imma li forsi nsejthom. L-iskop ta’ dan il-ktieb, barra li jġib it-tbissima fuq fommok, hu wkoll ta’ referenza tajba għalik meta tkun trid tirrakkonta xi erba’ ċajtiet tajbin mal-ħbieb f’mumenti rilassanti.
F’dan il-ktieb se ssib ċajt fuq l-annimali u l-għasafar, praspar tat-tfal innoċenti mal-ġenituri jew l għalliema fil-klassi tal-iskola. Issib ċajt fuq l-imbierka kunjata li dejjem taqlagħha, fuq l-avukati, ċajt fuq il-qaddisin kif ukoll fuq il-papiet, l-isqfijiet, il-qassisin u s-sorijiet. Fl-aħħar issib ukoll xi praspar ħelwin mill-ħajja tal-awtur.
Il-ktieb fih ukoll numru ta’ karikaturi magħmula minn Mark Schembri u li huma ispirati miċ-ċajtiet miġbura.
Minn: Fr Martin Micallef
Format: Hardback
Paġni: 160
P.S Dan Il Ktieb sejjer ikun fl-idejn min 10/10/23
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?