Biċċiet Minni
Fuq firxa ta’ aktar minn 40 sena Sammy Meilaq kien imdaħħal sewwa f’ħidma politika u trejdunjonistika, kif ukoll fit-tmexxija tat-tarzna. Huwa jirrakkonta bl-aktar mod awtentiku din il-ġrajja. Jinkludi l-problemi li kellha tiffaċċja t-tarzna; kif bdiet u kif żviluppat it-tmexxija mill-ħaddiema; kif din ġiet fi tmiemha; x’ġara fl-aħħar snin qabel ma ngħalqet it-tarzna; u l-fatti dwar l-iskandlu tal-Fairmount.
Sammy jispjega wkoll kif seħħ l-attakk fuq il-bini tal-Kurja fl-1984 u kif il-ħaddiema tat-tarzna mblukkaw il-Port il-Kbir fl-1988. jirrakkonta wkoll is-solidarjetà li l-ħaddiema tat-tarzna wrew bil-fatti lejn ħuthom ħaddiema oħrajn meta dawn kienu fil-bżonn.
Huwa jispjega lill-Perit Mintoff kif jafu huwa mill-qrib u janalizza b’mod oġġettiv il-konflitt li kien inqala’ bejn Mintoff u Alfred Sant.
Iżda fuq kollox f’din il-kitba Sammy ipoġġi l-ħsibijiet wara l-militanza u jargumenta li din hija t-triq tas-sewwa li tista’ twassal għal soċjetà ġusta. Sammy jistiednek taqra sewwa u wara tiddeċiedi jekk taqbilx jew le.
Minn: Sammy Meilaq
Format: papeerback
Paġni: 402
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?