Beltin: Stejjer Minn Nies Minsija
Fuq Hastings jintefgħu n-namrati żgħar. U l-Barrakka ta’ Fuq nilagħbu spin the bottle. Kull meta nirbħu l-league niċċelebraw b’funeral solenni … għat-timijiet kollha li dfinna, m’għandniex xi ngħidu.
Kelma żejda ma nħalluhiex għaddejja, u jekk ixxellifha ma’ wieħed minna għajb għalik għax Belt sħiħa jkollok kontrik.
F’dal-ktieb, Ramona Depares terġa’ toħloq il-Belt ta’ tfulitha. Tlaqqagħna ma’ karattri fittizji, u oħrajn veritieri bħal George Curmi l-Pusé u l-Pampalun, ir-Re tal-Karnival. Stejjer li jqanqlu tbissima kif ukoll ħlewwa ta’ qalb għal komunità li kważi mietet għalkollox.
Minn: Ramona Depares
Format: hardback
Pagni: 130
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?