Bejn L-Erba’ Ħitan Tal – Partit Laburista 1928-1944
Fl-1995 il-Partit Laburista kien ippubblika l-Minuti tal-Laqgħat tal-Eżekuttiv bejn l-1921 u l-1928. Issa l-Partit Laburista qed jippubblika l-Minuti tal-Laqgħat tal-Eżekkuttiv li saru bejn l-1928 u l-1944, 17-il sena li tulhom żgħażagħ li ħolmu b’soċjetà ġusta ssieħbu fil-Partit Laburista li beda jifrex malajr l-għeruq fil-bliet u l-irħula.
Kienu żminijiet iebsa għall-Partit Laburista. L-imsieħba tiegħu ngħataw id-dnub il-mejjet, żagħżagħ Laburisti ntbagħtu l-ħabs għax fi djarhom sabulhom ‘letteratura sedizzjuża’. Il-Partit Laburista sofra persekuzzjoni politika, reliġjuża u soċjali maħsuba biex jisparixxi darba għal dejjem. Dan kważi seħħ fis-snin teltin. Iżda ż-żerriegħa li laħqet inżergħet raddet il-frott wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta ġenerazzjoni ġdida ta’ żgħażagħ ingħaqdu mal-fundaturi tal-Partit Laburista biex flimkien iwettqu l-għanijiet li l-Partit kien twaqqaf għalihom.
Minn: Francis Galea
Format: Hardback
Paġni: 384
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?