Avukat Herbert Ganado – Bejn Storja U Miti
F’ittra li Walter Żahra, Żejtuni u sostenitur qawwi tat-Tabib Pawlu Boffa u wara membru attiv fil-Partit tal-Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellegrini, f’Lulju 1960 kien kiteb dwar l-Avukat Herbert Ganado lil International Federation of Christian Trade Unions sostna li Ganado qabel it-Tieni Gwerra kien membru ma’ dik il-fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista li kienu favur li Malta ssir parti mill-Italja. Ikompli li kien ammiratur ta’ Benito Mussolini u fi żmien il-gwerra kien internat l-Uganda. Dawn it-tendenzi, skont Żahra, kienu spiċċaw għal kollox f’Herbert tal-1960 u dik il-ħabta Ganado kien jemmen li Malta kellha tibqa’ fil-Commonwealth Ingliż. Zahra jiddubita fl-ittra msemmija kemm Ganado seta’ jkun mexxej nazzjonali.
L-Avukat Herbert Ganado Bejn Storja u Miti jistħarreġ bosta punti u mistoqsijiet li jqajjem Walter Żahra f’dik l-ittra imsemmija hawn fuq u jiddiskuti iktar punti dwar il-ħajja pubblika tal-Avukat Herbert Ganado; ir-raġel li ra Malta tinbidel.
Minn: Sergio Grech
Format: Hardback.
Pagni: 260
Pubblikat: 2015
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?