Ara x’Int Tgħid
ikompli fejn ħalla l-ktieb l-ieħor tal-istess awtur Bejn Kliem u Storja. Hu maħsub biex jibni glossarju enċilopediku illustrattiv li jagħti tagħrif dwar suġġetti u klime meħuda mill-istorja u kultura ta’ Malta, bil-karatteristiċi tagħha kollha.
Il-ktieb jiġbor mijiet ta’ suġġetti relatati ma’ kull qasam tal-ħajja u tal-mewt. Dawn huma miktuba f’paragrafi qosra li jidħlu fid-dettalji ta’ kull rokna tal-istorja u kultura ta’ dawn il-gżejjer.
Fil-ktieb insibu:• Kliem antik jew minsi
• Termini agrikoli, ekkleżjastiċi, artiġjnali, tal-kostruzzjoni, storiċi, artistiċi
• Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
• Idjomi u qwiel bit-tifsir tagħhom
• Drawwiet mill-ħajja tradizzjonali
• Twemmin, leġġendi u folklor
• Anedotti mill-istorja tal-Gzejjer Maltin
Il-ktieb jittratta mal-1,180 suġġett jew kelma mfissra. Fih ukoll mat-380 ritratt li jikkumplimentaw bosta minn dawn is-suġġetti
Minn: Martin Morana
Format: paperback
Pagni: 256
Pubblikat: 2012
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?