Anton Tabone – Il Pont bejn Ghawdex Regjun U Malta Nazzjon
28 sena fuq l-għatba li jiżżewweġ, żagħżugħ Għawdxi bin tabib ewlieni u politiku, sab ruħu fil- Parlament u fl-istess ħin itterminawlu l-impjieg fiss li kellu ma’ bank ewlieni li bih seta’ jgħajjex familtu.
Minn hemm tibda l-ħidma ta’ Anton Tabone ma taqta’ xejn favur Għawdex li bosta drabi fl-Istorja ġie romantiċizzat u ppreżentat bħala l-gżira tal-ħolm. Imma Għawdex kien ukoll il-gżira tal-iżvantaġġi, il-gżira tal-insularità doppja li tort tagħha bosta Għawdxin kellhom iħallu djarhom u familthom minħabba Ta’ li ma sabux xogħol fil-gżira li welldithom.
Din hija l-istorja ta’ Anton Tabone u ħidmietu b’risq Għawdex biex sar kontributur ewlieni fil-ħajja tal-pajjiż.
Din hi wkoll l-Istorja ta’ Għawdex minn wara l-gwerra sa żmienna: gżira reġjun ta’ Malta nazzjon f’nofs il-Mediterran.
Minn: Sergio Grech
Format: Hardback
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?