Procedura Civili (L-Ewwel Volum) – Massimarju Tal – Imhallef Philip Sciberras
Massimarji tal-Imħallef Philip Sciberras (L-Ewwel Volum) – Proċedura Ċivili (author: Dr Grazio Mercieca) huwa l-ewwel wieħed minn tlett volumi. Il-volumi sussegwenti sejrin jitrattaw temi oħrajn bħad-dritt ċivili sostantiv, dritt kummerċjali, liġijiet tal-kera, dritt industrijali dritt fiskali u liġi dwar it-traffiku. Dan huwa essenzjalment ktieb ta’ riferenza u l-iskop ewlieni tiegħu huwa li jservi ta’ riferenza faċli u komprensiva għall-avukati prattikanti, anke jekk il-massimarji fihom kontenut qawwi ta’ prinċipji legali li jinteressaw lill-istudjuż tal-liġi u lill-istudenti. Għalhekk il-massimarji huma mqassmin skond is-suġġett b’mod alfabetiku f’kapitoli; u b’mod analitiku f’kull kapitolu. Barra l-Werrej fuq quddiem hemm ukoll, fuq wara, għadd ta’ indiċijiet – tal-leġislazzjoni ewlenija u sussidjarja ċċitata fil-massimarji; tas-sentenzi u opri legali ċċitati fl-istess massimarji, indiċi tal-massimarji nfushom kif ukoll indiċi analitiku-alfabetiku.
By: Dr Grazio Mercieca LLD
Format: Paperback and or hardback
Pages: 1050
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?