Olimpjadi Tad – Dagha
Minħabba li pajjiżna kellu tradizzjoni twila ta’ dagħa aktar minn pajjiżi oħra minħabba l-konverżjoni en bloc tal-Maltin permezz tal-introduzzjoni bikrija tal-Kristjaneżmu fissena sittin W.K. (jiġifiei Wara Kristu), inħass li aħna kellna vantaġġ qawwi fuq pajjiżi oħra fl-Olimpjadi tad-Dagħa. (Lejn l-aħħar ta’ dan il-ktieb nuri b’mod ċar li l-kultura tad-dagħa f’Malta tmur ħafna aktar lura mill-miġja tal-Kristjaneżmu.) Il-vantaġġ li kellna fuq ir-rivali tagħna ma kienx biss psikoloġiku, iżda wkoll kulturali u edukattiv. Dan minħabba li d-dagħa kien ilu għal sekli twal jifforma parti mill-kultura nazzjonali tagħna u mgħallem bl-akbar devozzjoni mill-ġenituri lil uliedhom sa minn qabel jgħallmuhom ilissnu l-ewwel kelma. Malta hi l-pijuniera tal-prinċipju li l-edukazzjoni tibda mid-dar.
Minn: Charles Micallef St John
Format: paperback
Pagni: 240
Pubblikat: 2011
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?