Konvinjoni U Esperjenza – Awtobijografija ta’ Ugo Mifsud Bonnici.
“Dan il-ktieb fih mill-inqas dettalji dwar il-ħajja privata tiegħi. Fih ħafna fuq l-ideat tiegħi u ħafna iktar fuq il-ġrajja li għaddejt minnhom. Għalkemm id-deċiżjoni li nikteb dan il-ktieb hi tiegħi, u nassumi kull responsabbiltà għaliha, nista’ ngħid ukoll li kienu ħafna dawk li talbuni niktbu.
Nittama li l-ktieb ikun ta’ ġid. Jispjega għaliex ġraw ċerti fatti importanti, speċjalment dawk li fihom kont imdaħħal: it-tiġdid u t-tixrid tal-edukazzjoni f’pajjiżna, l-emendi fil-Kostituzzjoni fl-1974 u fl-1987, it-trattattivi dwar l-iskejjel u dwar il-ġid immobiljari tal-Knisja Kattolika f’Malta u Għawdex, l-għoti ta’ rikonoxximent xieraq lill-professjoni tal-għalliema, it-tmexxija ta’ partit fl-Oppożizzjoni, bħala uffiċjal għoli u tal-Gvern bħala ministru fil-Kabinett, kif ukoll kif żammejt ir-riedni tal-Presidenza tar-Repubblika bejn l-1994 u l-1999. Il-ktieb fih dettalji li naf jien biss jew li ftit hawn min jafhom. Xi wħud li kienu jafuhom mietu bla ma kitbuhom.
Barra milli jfisser, u jikkoreġi xi impressjonijiet żbaljati, nittama li l-ktieb jgħin għar-riflessjoni. Nittama li jkun ta’ ġid għal pajjiżna, pajjiż li tant inħobb u li għall-ġid tiegħu ddedikajt ħajti.”
UGO MIFSUD BONNICI mid-Daħla tal-ktieb
Minn: Ugo Mifsud Bonnici
Format: Hardback.
Pagni: 1302
Reviews
There are no reviews yet, would you like to submit yours?